Steward Health Care, il-kumpanija li ħadet f’idejha t-tmexxija ta’ tliet sptarijiet pubbliċi f’Malta mingħand il-Vitals Global Healthcare (VGH) b’mod mill-aktar kontroversjali permezz ta’ rikors li ppreżentat fit-3 ta’ Frar li għadda ammettiet li l-ftehim huwa korrott u frawdolenti.
Imħallef sema’ kif Steward Healhtcare, li kient ħadet f’idejha t-tmexxija tat-tliet sptarijiet Maltin mingħand Vitals Global Health kienet effettivament ammettiet f’Qorti fir-Renju Unit li Ambrish Gupta, investitur bikri fil-proġett Vitals kien involut fi prattiċi irregolari u kollużivi fir-rigward tal-konċessjoni ta’ 30 sena tat-tliet sptarijiet pubbliċi lill-kumpanija mill-Gvern ta’ Malta.
Dan ħareġ fil-Qorti hekk kif l-Imħallef Francesco Depasquele ippresieda seduta oħra fil-kawża mressqa mid-deputat Nazzjonalista Adrian Delia, li kien beda proċeduri fil-Qorti biex l-isptarijiet jerġgħu jkunu tal-poplu.
Din kellha tkun ukoll seduta li fiha ta’ Steward jipprezentaw il-provi taghhom. Iżda ta’ Steward ma marrux il-Qorti – b’Adrian Delia jgħid li din hi konferma oħra li m’ghandhomx provi, u allura…prattikament….ammettew ħtija.
Fil-Qorti, l-avukat Edward Debono li qed jidher għal Adrian Delia qal li mill-aħħar seduta Delia sar jaf li Stewart ippreżentaw rikors kontra Medical Associates of North Virginia, u dawn iddikjaraw li saru prattiċi rregolari marbuta mal-konċessjoni 30 sena, kif kompost bejn l-2013u l-2109.
F’verbal l-avukat Debono qal li “fir-rikors tagħhom stess Stewart qed jammettu dak li aħna qed ngħidu quddiem din il-Qorti u għalhekk qed nitolbu biex il-Qorti jkollha dawn l-atti f’idejha”. Kompla jgħid li huwa essenzjali li din il-Qorti ikollha qudddiemha kopja ta’ dawn l-atti li jirreferu u jgħidu li fl-2017, fejn bil-kemm kienet għadha għaddiet sena mill-bidu tal-konċessjoni deher biċ-ċar li l-kumpaniji kienu qegħdin ibatu biex jissodisfaw l-obligazzjonijiet tagħhom u li kienu f’pożizzjonio ferm prekarja.
Adrian Delia qal li dan kollu qed jipperikola t-tmeixxija tal-isptarijiet b’effetii katastrofiċi fuq is-sistema tal-kura tas-saħħa f’Malta. Illi għalhekk huwa essenzjali u imperattiv li dawn l-atti kif dikjarati minn Stewart stess jagħmlu parti mill-atti ta’ din il-kawża għax il-prova li d-deal kien korrott qed jiġi ammess minnhom stess.
Debono, li kkwota mill-paragrafu 26 tar-rikors, żiedet tgħid li “irriżulta li l-konċessjoni oriġinarjament ingħatat bħala konsegwenza diretta tal-azzjonijiet frawdolenti tal-investituri tagħha, inkluż Gupta, fil-proġett tal-kura tas-saħħa u dan bi ksur tar-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku. .”
L-Avukat Joseph Camilleri li qed jidher għal Stewart, ma oġġezzjonx li tiġi preżentata kopja tar-rikors li għaliha kienet għadha kif saret referenza. Qal li dan ir-rikors huwa wieħed pibbliku fi proċeduri li huma wkoll pubbliċi. L-Avukat tal-Istat Chris Soler minn naħa tiegħu qal lu filwaqt li għal finijiet ta’ dawn it-talbiet fir-rikors promotur tali dokumentzzajonu mhijiex relevanti, iżda kien se kien se joqgħod għal ġudizzju tal-Qorti.
L-Avukat Edward Debono ma qabilx u saħaq kif jista’ jkun li dan kollu mhix relevanti meta f’paragrafu minnhom Stewart qed jingħad iswed fuq l-abjad li dan kien aġir frewolenti fis-saħħa. Il-Qorti wara li semgħet il-partijiet laqgħet it-talba. Stewart ukoll infurmat lill-Qorti li l-0 provi minn naħa tagħha huma magħluqa.
Anke minn naħa ta’ Adrian Delia l-provi huma magħluqa, salv il-ħtieġa ta’ aċċess fit-tliet sptarijiet jew li tiġi żvelata xi nformazzjoni bħala ma ħarġet dan l-aħħar fuq ir-rikors preżentat minn Stewart. Għas-seduta li jmiss li hija għal 14 ta’ Diċembru, l-Awtorita tal-artijiet u INDIS li qabel kienet il-Malta Industrial Parks se jippreżentaw d-dokumenti kollha disponibbli tagħhom u jagħmlu affidavids.
Għall-gvern dehru l-avukat tal-Istat Christopher Soler u l-avukat Andrew Cauchi. Għal Indis dehret l-Avukat Eliana Scicluna. Għal Steward deher l-Avukat Joseph Camilleri. L-Avukat Maronia Magri għall-Awtorità tal-Artijiet.