Tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-ikoni tal-atletika f’pajjiżna Ray Cassar Torregiani fl-età ta’ 87 sena.
Cassar Torregiani kien spriniter prolifiku fis-snin ħamsin kif ukoll wieħed mill-aqwa atleti fil-long u fil-high jump. Aktar tard matul il-karriera tiegħu hu gradwa bħala Senior British Amateur Athletics Board coach mill-Università ta’ Loghborough. Cassar Torregiani kien strumentali sabiex jintroduċi ideat u metodi ġodda ta’ taħriġ f’pajjiżna fil-qasam tal-atletika.
Hu jibqa’ wkoll sinonimu mal-Kulleġġ San Alwiġi fejn kien imexxi wkoll programm għall-coaches tal-atletika kif ukoll kien strumentali biex dan il-post isir wieħed mill-aqwa ċentri tal-atletika f’pajjiżna.
Wieħed mill-aqwa atleti li mexxa Ray Cassar Torregiani kien ibnu stess Christian li rebaħ il-Kampjonat tal-Atletika fl-1500m/5,000m u huwa wkoll iżomm ir-rekord nazzjonali tal-mil.
//= $special ?>