Lokali

Vann maħkum min-nirien fir-rotta lejn il-vapur t’Għawdex

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa għall-intervent tagħhom fejn grazzi għal ħidma fil-pront irnexxielhom jikkontrollaw nirien li ħakmu vann fil-limiti taċ-Ċirkewwa fid-direzzjoni tal-moll tal-vapur t’Għawdex

Il-każ seħħ ftit wara t-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq il-Marfa fejn għal xi raġuni s’issa mhux magħrufa l-vettura nħakmet minn nirien li qerdet għal kollox il-vann.

Filwaqt li fortunatament ħadd ma ndarab fl-inċident, fil-post ġew imsejħa uffiċjali tal-Pulizija sabiex iddevjaw it-traffiku li kien tiela lejn il-gżira Għawdxija.