Lokali

Velja favur il-verità u l-ġustizzja

Min qed imexxi l-Gvern, Robert Abela? Din hija l-mistoqsija li għamlet lill-Prim Ministru Abela l-Viċi President tal-Għaqda Repubblika Alessandre Dee Crespo waqt velja favur il-verità u l-ġustizzja fi Pjazza tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta… sabiex jiġu mfakkra l-ħidma, il-kuraġġ u s-sagrifiċċju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet fis-16 ta’ Ottubru tal-2017.

Alessandra Dee Crespo insistiet li mill-aħħar velja seħħu ħafna affarijiet f’temp ta’ xahar fosthom li ġie żvelat saff ieħor ta’ korruzzjoni ta’ Joseph Muscat, il-farsa ta’ Konrad Mizzi quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi u Rosianne Cutajar instabet ħatja ta’ ksur ta’ etika. Dan filwaqt li ħareġ fid-deher li l-Ministru Justyne Caruana injorat ordni tal-Prim Ministru sabiex jitwaqqaf kuntratt abbużiv fil-konfront ta’ seħibha.

Tkellmet ukoll Vicki Ann Cremona illi saħqet li huwa ferm inkwetanti l-fatt li 70% taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin iridu jitilqu minn pajjiżhom. U dan juri biċ-ċar li l-Malta li Robert Abela jrid għal uliedna….mhix tittiehed bis-serjeta’.

Dan filwaqt li staqsiet kif pajjiżna jista jippretendi li ssir ġustizzja meta minn suppost iħares lill-poplu m’għandux is-sinsla.

Intant, filwaqt li kkundannat id-diskors ta’ John Dalli wara li għajjar lill-ġurnalisti, Joanna Agius minn Occupy Justice, saħqet li minflok il-manetti qed jitpoġġew fuq il-kriminali, spiċċaw tpoġġew fuq il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa….. għax mhux jitħalla jaħdem. B’Muscat u l-klikka tiegħu għadhom jiġru barra, u għadhom tal-fehma li huma untouchables.

Mario Grech minn naha tieghu insista li s-socjeta Civili trid tibqa ssemma leħinha kuljum u mhux darba kull hames snin, għaliex bil-persistenza u l-konsistenza Malta teħles mill-qarnita Mafjuża li ħakmitha.