Opportunity Knocks (OK) huwa proġett bil-għan li jgħin lil żgħażagħ fil-faqar soċjali, biex mhux biss joħorġu mill-faqar, iżda jilħqu l-għanijiet u l-ħolm tagħhom. Dan il-proġett jinvolvi f’għajnuniet li b’mod partikolari jingħataw liż-żgħażagħ l-iktar vulnerabbli, jew li jaqgħu għall-pressjonijiet tas-soċjetà. Il-ħsieb aħħari ta’ dan il-proġett huwa li jipprovdi taħriġ ta’ ħiliet biex jipprepara liż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tax-xogħol.
‘OK’ huwa maqsum fuq erba’ pilastri:
- 1. Xogħol preventiv – Iż-żgħażagħ jiġu mgħallma kif jimmaniġjaw il-flus, il-ħin u kif jaħdmu taħt stress.
- 2. Assistenza – Team ta’ professjonisti jassistu liż-żgħażagħ biex jegħlbu d-diffikultajiet tal-ħajja u jilħqu l-għanijiet tagħhom.
- 3. Residenza – Iż-żgħażagħ jingħataw saqaf fuq rashom.
- 4. Opportunitajiet – Korsijiet minn professjonisti, iffinanzjati mill-proġett stess, li huma intiżi biex jgħinu liż-żgħażagħ jimxu ‘l quddiem.
Minn ‘OK’ s’issa bbenefikaw madwar 400 persuna. Dan meta daħlu fid-dinja tax-xogħol 88 persuna, 68 qed jirċievu taħriġ, 55 qed jibbenefikaw minn servizzi terapewtiċi, 22 żagħżugħ u żagħżugħa ngħataw xelter, filwaqt li 154 persuna pparteċipaw f’xi tip ta’ attività li joffri dan il-proġett.
Iż-żgħażagħ li jidħlu għal ‘OK’ ikunu riferuti minn entitajiet differenti, fosthom minn ħbieb, mill-iskejjel, mill-parroċċi u mill-Kunsilli Lokali.
//= $special ?>