Għat-tieni ġurnata konsekuttiva, kienu rappurtati 64 każ ġdid ta’ Covid-19, l-ogħla numru ta’ każi rrapurtati f’ġurnata waħda mit-Tnejn ta’ Settembru. Fl-istess żmien, 30 persuna kienu meqjusa li fiequ biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 670.
Bejn it-Tlieta u l-Erbgħa, il-Ministeru tas-saħħa ħabbar li l-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei naqsu għal 15, filwaqt li l-persuni li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar żdiedu għal tlieta.
Fortunatament, ġie rrapurtat ukoll li ma kienx hemm vittmi fl-aħħar sigħat, b’hekk l-ammont ta’ vittmi mill-bidu tal-pandemija sa issa jibqa dak ta’ 462.
ntant sat-Tnejn ingħataw 82,115 doża tal-booster.
//= $special ?>