Sport Sport Ieħor

Djokovic fis-semifinali tal-ATP f’Turin

(Ritratt: EPA)

It-tennista Serb Novack Djokovic se jkun qed jilgħab fis-semifinali tal-ATP li qed isiru f’Turin wara li għeleb lis-seed numru ħamsa Andrey Rublev f’inqas minn siegħa biex b’hekk avvanza għar-round li jmiss.

Djokovic għeleb lil Rublev 6-3 6-2 hekk kif ir-rebbieħ tal-20 Grand Slam se jkun qed ifittex li jirbaħ l-40 partita fl-ATP finals. Din kienet l-ewwel partita kompetittiva bejn iż-żewġ tennisti.

Fi tmiem il-partita Djokovic tkellem dwar il-każ ta’ Peng Shuai li bħalissa qed tkun imfittxija wara li allegatament kienet abbużata minn uffiċjal Ċiniż. L-istess għamlet Naomi Osaka fejn qalet li tinsab ixxukkjata b’dak li qed iseħħ bħalissa fit-tennis.