Internazzjonali

F’Dehli t-tniġġis fl-arja jikkawża l-għeluq tal-iskejjel

L-awtoritajiet fil-kapitali tal-indja, Delhi, għalqu l-iskejjel u l-kulleġġi kollha tal-Belt għal żmien indefinit. Dan minħabba ċpar tossiku li ħakem lil din il-belt wara li fl-4 ta’ Novembru li għadda kien organizzat il-festival ta’ Diwali…. u l-livelli ta’ tniġġis tal-arja żdied.

Fil-fatt, aktar kemm jgħaddu ġranet, is-sitazzjoni tal-arja aktar qed tkompli tigrava.

Minhabba f’hekk, ix-xogħol ta’ kostruzzjoni ġie pprojbit sal-21 ta’ Novembru …għalkemm saret eċċezzjoni għal proġetti relatati mat-trasport u d-difiża. Apparti dan, sitt impjant tal-enerġija li jahdmu bil-faħam twaqqfu milli joperaw.

Din is-sena it-tniġġis fl-arja fl-Indja laħaq sitwazzjoni tant gravi li wasslet lill-Qorti Suprema Indjana sabiex tordna lill-Istat sabiex jaħdem taħt sitwazzjoni ta’ emerġenza biex jegħleb din il-problema.