L-Irlanda qed tintroduċi restrizzjonijiet ġodda b’rabta mal-COVID-19 hekk kif il-pajjiż qed jiġġieled ir-raba’ mewġa tal-pandemija. Fost dawn il-miżuri…. il-bars, nightclubs u ristoranti ser jitħallew miftuħa biss sa nofs il-lejl. Il-miżuri se jiddaħħlu fis-seħħ min-nhar il-Ġimgħa li ġej.
Sa issa, dawk il-persuni li jinsabu posittivi għall-virus u huma mlaqqma b’mod sħiħ iżda mingħajr sintomi m’humiex obbligati li joqgħodu kwarantina.
Sabiex wieħed imur iċ- ċinema jew teatru, iċ-ċertifikat tal-vaċċin ser ikun meħtieġ.
Gyms u salons tax-xagħar ser ikomplu jkunu eżenti minn dan ir-rekwiżit.
//= $special ?>