Internazzjonali

Għaxar immigranti mejta fi triqithom lejn l-Ewropa

Fl-aħħar sigħat, għaxar immigranti nstabu mejta f’bastiment ‘l barra mill-kosta tal-Libja. L-organizzazzjoni Doctors Without Borders saħqet li dan ġara minħabba li l-vapur li kienu qed jivvjaġaw fih kien mgħobbi żżejjed, u kaġun ta’ dan battew minn nuqqas ta’ ossignu u mietu fgati.

B’kollox 186 immigrant kienu abbort dan il-vapur fi triqthom lejn l-Ewropa…fosthom tarbija ta’ 10 xhur.

S’issa, din is-sena, madwar 1,200 immigrant tilef hajtu fil-Mediterran.