Edukazzjoni Għawdex Lokali

Il-Kunsill Lokali t’Għajnsielem jniedi għadd ta’ libreriji madwar il-lokalità

It-Tlieta saret l-inawgurazzjoni tal-Mini Open Libraries li kkommissjona l-Kunsill Lokali Għajnsielem sabiex jitpoġġew fi spazji miftuħa mifruxa madwar il-lokalità. 

L-inawgurazzzjoni saret fil-preżenza tas-Sindku Kevin Cauchi, membri tal-Kunsill u membri distinti oħra.

L-iskop ta’ dawn il-Mini Open Libraries kkuluriti u attraenti huwa li jitpoġġew fi spazji miftuħa, belvederes  u playfields mifruxa mal-lokal Għawdxi bil -għan li waqt li wieħed qiegħed jirrilassa x’imkien mal-familja, jagħmel użu minn xi ktieb u b’hekk titqanqal aktar imħabba lejn il-qari.

Kunċett ieħor ta’ dawn il-libreriji żgħar ser ikun ukoll dak ta’ book sharing fejn wieħed jista’ jieħu ktieb miegħu d-dar, jaqrah, filwaqt li hu jieħu fil-librerija kotba oħrajn.  Dan kollu jgħin biex jikkumbatti l-illitterizmu u jkabbar s-sens ta’ komunità. 

Waqt l-inawgurazzjoni kien hemm ukoll xi studenti mill-iskola Primarja Għajnsielem fejn qraw xi poeżiji li uħud minnhom kitbuha huma stess.