Internazzjonali

Il-maltemp fil-Kanada jħalli l-vittmi

Fl-aħħar jiem, il-Kanada intlaqtet minn maltempata qalila illi ġiet deskritta bħala ‘Maltempata ta’ darba f’seklu’.

L-għargħar li laqat il-pajjiż, ħasad il-ħajja ta’ mara li sfat maqtula wara li valanga ta’ tajn niżlet fuq triq ewlenija fil-belt Kanadiża ta’ Vancouver, fil-Lvant tal-pajjiż.

Rapporti qed jindikaw li ix-xena ta’ dan l-inċident kienet waħda orribbli ….fejn diversi persuni raw il-valanga nieżla gradwalment fuq it-traffiku li kien diġà wieqaf, b’għajjat sfrenat u paniku jiddomina fost dawk li nqabdu fil-maltemp.

Skont il-Pulizija, il-każ seħħ madwar 250km ‘il barra minn Vancouver, filwaqt li fl-istess zona…. żewġ persuni oħra għadhom rappurtati nieqsa. S’issa għadu ma ġiex ddeterminat in-numru ta’ vetturi li jinsabu maqbudin fil-valanga tat-tajn.

L-awtoritajiet Kanadiżi kkonfermaw li l-għargħar qata’ il-konnessjonijiet tat-toroq u tal-ferroviji madwar Vancouver. Filfatt, żewġ highways li jgħaqqdu l-belt mal-Kosta tal-Punent ingħalqu wara li ġarrbu ħsarat kbar.

Kaġun ta’ dan l-maltemp, eluf ta’ nies kienu sfurzati jitilqu minn djarhom.

Intant, anke fi Sqallija fl-ahhar sighat rega’ ddomina maltemp qawwi.

Ix-xita u s-silg nizlu f’ammonti kbar, partikolarment fil-Provincja ta’ Agrigento. Kienu rappurati wkoll zewg trombi tal-arja li hallew hsarat kbar, partikolarment fil-portijiet tul il-kosta ta’ Sqallija.