Lokali

“Kattiv u bla qalb!” – Jason Micallef jakkuża lill-ġurnalisti indipendenti bi “ħdura”

“Qżież u ardir. Ħdura spjetata”.

Kien b’dan il-kliem li ċ-Chairperson tal-media Laburista Jason Micallef iddeskriva r-rappurtaġġ tal-MaltaToday dwar il-fatt li l-eks Ministru Konrad Mizzi ddaħħal l-isptar – fatt li ġie rrapputat bħala tali minn kull Kamra tal-Aħbarijiet f’pajjiżna. Iżda Micallef – fuq Facebook – ħass li kellu jattakka lill-ġurnalisti tal-media indipendenti.

Agħar minn hekk, Jason Micallef jagħmel li jsemmi lill-ġurnalist tal-MaltaToday b’ismu. B’riżultat li fuq il-paġna tiegħu spiċċa esponih għall-attakki u l-insulti tal-partitarji Laburisti.

Iċ-chairman tal-media Laburista qal li r-rappurtaġġ li sar fuq Konrad Mizzi kien “kattiv u bla qalb”. Filwaqt li kompla jirredikola lill-ġurnalist Matthew Vella.