Raġel Awstraljan fetaħ kawża ta’ malafama kontra l-istazzjon ‘Seven’ – wieħed mill-akbar stazzjonijiet tal-aħbarijiet fil-pajjiż. Dan wara li l-istazzjon wera r-ritratti ta’ Terrance Flowers…u allura ġie implikat illi kien ir-raġel responsabbli mill-ħtif ta’ Cleo Smith – tifla ta’ erba’ snin li f’nofs ix-xahar ta’ Ottubru għebet f’nofs ta’ lejl minn Campsite.
L-avukati difensuri ta’ Flowers argumentaw li l-istazzjon Seven għamel ħsara lill-karattru u r-reputazzjoni tal-klijent tagħhom, meta wrewh bħala s-suspettat li wettaq dan il-ħtif. Dan meta ma kienx hu.
B’rabta mal-każ ta’ Cleo Smith, qed jigi akkuzat Terence Kelly….u mhux Terrance Flowers.
//= $special ?>