Futbol Sport

L-Arġentina jikkwalifkaw għall-Qatar

(Ritratt: EPA)

L-Arġentina kwalifikaw għall-fażi tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar meta kisbu punt li fisser kwalfikazzjoni fi draw ta’ mingħajr gowls kontra l-Brażil. Dan wara li ċ-Ċile u l-Urugwaj sofrew telfiet kontra l-Ekwador u l-Bolivja rispettivament.

B’hekk dan ir-riżultat, l-Arġentina għalqu din is-sena bl-aqwa mod hekk kif Lionel Messi u t-tim tiegħu rebħu l-Copa America għall-15-il darba fl-istorja. Għall-partita kontra l-Brażil irritorna fl-iskwadra Lionel Messi minkejja li ma rnexxielux jispira lil sħabu fit-tim. Il-Brażil baqgħu fl-ewwel post tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni, sitt punti aktar mill-Arġentina fejn kienu ilhom aktar minn 27 partita mingħajr telfa.

Il-Bolivja u l-Peru għamlu pass importanti għall-kwalifikazzjoni meta għelbu lil Urugwaj u liċ-Ċile rispettivament.