“Dan l-avviż legali jarmi l-kunċett kollu ta’ moralità fiskali, għalhekk il-Partit Nazzjonalista qed jappella sabiex dan l-avviż legali jitħassar kompletament.”
Dan kien il-qofol tal-messaġġ li wassal il-Partit Nazzjonalista waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-finanzi Mario de Marci u mill-Kelliem għall-Ġustizzja Karol Aquilna.
Mario de Marco qal li l-Oppożizzjoni l-ġimgħa li għaddiet qajmet ir-riservi tagħha dwar l-avviż legali li daħħal il-Gvern fejn permezz tiegħu persuni li waqgħu lura fil-ħlas tat-taxxa tagħhom, jistgħu jaqtgħu dak li hu dovut minnhom billi jittrasferixxu taxxa li suppost kellha titħallas fuq trasferimenti ta’ proprjetà.
Iżda l-Partit Nazzjonalista huwa kontra amnestija li tippremja l-abbuz u tiddiskrimina kontra min iħallas it-taxxa u kontra kazijiet ġenwini
“Avviż li se jkun qed jagħti eżenzjoni mit-taxxa iżda hemm riservi li ma ġewx inidirizzati u għalhekk iddeċidjna li nressqu din il-mozzjoni biex dan l-avviż legali jitħassar.“
Mario de Marco qal li kien hemm diversi korpi kostitwiti li kkritikaw dan l-avviż legali li għamel il-Gvern Laburista hekk kif ir-regoli kienu deskritti bħal inġusti.
Min-naħa tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina spjega li kull liġi għandha klawsola li tgħid li l-Ministu responsabbli jista’ jagħmel regolamenti u jagħti effett lil dik il-liġi.
“Aħna għażilna li minħabba n-natura tas-suġġett u anke wara diskussjoni mal-isħab soċjali, dan għandu jitneħħa immedjament u kompletamnet. Aħna nitolbu li jiġi mħassar kompletament u tittieħed deċiżjoni oħra għax inkella dan l-avviż legali se jibqa’ jgħodd sakemm il-parlament ineħħih.“
Quddiem dan kollu l-Oppoiżizzjoni tistenna li l-Gvern Laburista iressaq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni għall-vot mill-iktar fis.
