Lokali

Lejn il-finali ta’ Miss World

Miss World Malta Naomi Dingli se tibda il-vjagg tagħha u se tinaqad mal-partiċipanti kollha li se jieħdu sehem f’Miss World din is-sena li ser issir fis-16 ta’ Dicembru f’ Puerto Rico, fejn se jigi icelebrat 70 anniversarju kemm ilu jigi organizzat dan l’konkors ta sbuħija, fejn mistenija isiru diversi ċelebrazzjoniet ghal din l-okkazzjoni.

Il-preparamenti bdew minnufih meta Naomi Dingli rebħet dan it-titlu ta’ Miss World Malta f’ Novembru tas-sena 2020, fejn kien hemm dewmin biex jigi annunzjat dan il konkors minħabba il-pandemija.

Naomi ħadet sehem f’diversi photoshoots fejn kien hemm ukoll diskusjonijiet fuq il-libsa.. fattur importanti ferm għaliex Naomi se tkun qed tirrapreżenta lil Malta biha fil-final, grazzi ghaż-żewġ disinjaturi Charles & Ron li kienu inkarigati għal darb’ohra biex joħolqu d-disin tal-libsa.

Waqt il-vjagg tagħha Naomi mistennija tatendi diversi serati mill-isbah fosthom, ‘Charity event’ fejn ser jattendu l-100 finalista ghal l’akbar attivita li ssir f’Miss World, umbagħad wara ftit jiem Naomi mistenija li jivvjaġaw f’diversi postijiet madwar Puerto Rico, fejn aktar tard se jittieħdu filmati ikombinati mall-istess attività.