Statistika interessanti turi li l-Ingilterra kellha l-iżgħar medja ta’ eta (24.4 snin) fost l-ewwel ħdax li bdew il-partita kontra San Marino. Dan meta wieħed jikkumpara t-timijiet nazzjonali kollha fl-aħħar match day ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Pożittiv il-fatt li Malta, flimkien mal-Liechtenstein, kellhom it-tieni l-iżgħar medja ta’ eta (25.3 snin) fil-logħbiet kontra s-Slovakkja u r-Rumanija rispettivament.
Dan jikkonferma li l-kowċ Devis Mangia qed jibbaża dejjem aktar fuq l-element żgħażugħ biex ilesti skwadra kompetittiva għall-futur. Filfatt, f’dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni spikkaw players ġodda bħal Paul Mbong, Shaun Dimech u Alexander Satariano li kollha għadhom eliġġibli li jilgħabu fil-livell ta’ U21 u minflok qed isibu posthom fit-tim nazzjonali A. Hemm ukoll plejers oħra, bħal Kurt Shaw, li ingħata aktar spazju minn ċertu players oħra diġa’ stabbiliti.
//= $special ?>