Tard it-Tlieta filgħaxija ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu f’Santa Venera sabiex jitfu nirien li ħakmu l-Isptar St Philip’s. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija.
Immedjatament fuq il-post waslu wkoll il-Pulizija kif ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dawn in-nirien.
S’issa għadu mhux magħruf il-kawża ta’ dawn in-nirien.
Dwar dan l-inċident għadhom qed isiru l-investigazzjonijiet tal-Puzliija filwaqt li nfetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella.