Colin Schembri
Depiro 66
Bupa Luxol 39
(16-12)(15-9)(22-2)(13-16)
Depiro ħadu l-ewwel rebħa tal-kampjonat meta għelbu lil BUPA Luxol 66-39. Luxol sabu diffikulta fl-attakk speċjalment fit-tielet taqsima meta għamlu biss basket wieħed hekk kif reġgħu kienu mingħajr Marco Matijevic u Stefan Cappello. Depro kellhom lura lil Sean Galea li finalment seta’ jiddebutta magħhom u għal xi ħin serraħ lil TJ Atwood fil-posizzjoni ta’ playmaker hekk kif Andy Attard għadu nieqes. Wara li Depiro għamlu l-ewwel żewġ baskets tal-partita, Luxol irrispondew bi trippla ta’ Canaan Coffey. Baskets ta’ Alex Oriakhi u Atwood ħallew lil Depiro fuq quddiem minkejja li Luxol wieġbu b’żewġ trippli oħra. Però kienu Depiro li temmew it-taqsima fuq quddiem wara baskets ta’ Oriakhi u Galea 16-12. Depiro fetħu t-tieni taqsima b’run ta’ 9-0 maqsuma bejn l-Amerikani Oriakhi u Terrance Reese flimkien ma’ Michael Debattista. Luxol finalment wiebu bi trippla ta’ Coffey però sal-intervall Depiro fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 31-21.
It-tielet taqsima kienet waħda diffiċli għall-vjola tal-Luxol għaliex irnexxielhom isibu l-basket f’okkażjoni waħda biss permezz ta’ Slavko Opojevlic. Qablu, Depiro kellhom run ta’ 12-0 fosthom trippla ta’ Miguel Mallia u punti minn Atwood u Oriakhi. Depiro komplew wara l-basket tal-Luxol b’10 punti oħra, b’Reese u Atwood ikollhom trippla kull wieħed u basket ieħor ta’ Mallia biex is-sessjoni għalqet fuq skor ta’ 53-23. L-aħħar taqsima kienet biss formalita bil-vantaġġ ta’ 30 punt li bdewha bih it-team tal-Imtarfa. Kien hekk spazju għall-aktar punti minn Oriakhi u trippla oħra ta’ Reese. Luxol kellhom il-punti taż-żagħżugħ Kain Gauchi fost l-oħrajn biex Depiro ħarġu rebbieħa 66-39.
Depiro: S. Galea 2, N. Grech 2, S. Vella, TJ Atwood 22, M. Brincat, M. Mallia 5, A. Oriakhi 23, M. Debattista 4, T. Reese 8.
Luxol: J. Cefai, K. Gauchi 6, N. Buhagiar, P. Attard 2, JP Schembri 6, A. Trapani, L. Trapani 2, C. Coffey 17, S. Opojevlic 6
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic, Ionut Ciurariu.
Starlites Naxxar 88
Gżira Athleta 73
(30-22)(20-17)(18-22)(20-12)
Fl-isbaħ partita ta’ tmiem il-ġimgħa kellna r-rebħa ta’ Starlites Naxxar fuq Gżira Athleta 88-73. Huma diversi l-ispunti li ħarġu minn din il-partita fejn assistejna għal dunks mill-isbaħ u rimonta tal-Athleta li pero ma kienitx biżżejjed. Fattur ta min ifaħħru kien li ż-żewġ coaches taw spazju lil players żagħżagħ f’din il-partita f’ħinijiet kruċjali. Athleta li kellhom nieqsa lil Francesco Mifsud Bonnici u Matthew Gouder fallew wisq free-throws u ta’ dan pattew qares lejn tmiem il-partita. Fl-ewwel ħinijiet kellna minn kollox, dunks u three pointers fuq iż-żewġ naħat bi Starlites imorru 16-10 minn fuq. Matthew Scerri u Alec Felice Pace kellhom żewġ trippli kull wieħed u għall-Athleta kien hemm it-trippli ta’ Luca Stefanovic u Shawn Montague, frisk mir-rebħ tal-BOV player tax-xahar għal Ottubru. Intant, Starlites komplew bi break ieħor ta’ 10-2 qabel ma Athleta kellhom żewġ three pointers oħra minn Montague u Nathan Xuereb. L-aħħar punti tas-sessjoni ġew mill-Amerikani ta’ Starlites Jacob Bates u Jamiah Haynes għal skor ta’ 30-22. Fit-tieni perjodu l-logħob kompla jkun aktar maqsum però Starlites żammew il-vantaġġ hekk kif kellhom it-trippli minn Scerri u Haynes. Montague żamm lilll-Athleta viċin bil-punti tiegħu bis-sessjoni tagħlaq b’basket taż-żagħżugħ Jordan Ellul Dowling għal skor ta’ 50-39.
Wara l-intervall, trippla ta’ Zachary Hudson fetħet run ta’ 12-2 minn Athleta li rathom jaslu sa’ punt ‘l bogħod mill-avversarji. Trippli ta’ Billy Zammit u Xuereb tawhom il-vantaġġ għall-ewwel darba però Starlites irkupraw u rnexxielhom jagħlqu t-taqsima bi break ta’ 14-4 fosthom trippla ta’ Haynes biex reġgħu ħadu l-vantaġġ 68-61. Fl-aħħar sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Starlites żammew il-vantaġġ. Athleta l-aktar li rnexxielhom jaslu kien sa’ seba’ punti 76-69 però Starlites għalqu l-partita b’run ta’ 8-2 bi three pointers ta’ Bates u Miguel Fabri biex ħarġu rebbieħa 88-73.
Starlites: A. Felice Pace 8, I. Azzopardi, A. Azzopardi 2, R. Bonnici 3, I. Felice Pace, M. Fabri 3, L. Riolo, M. Scerri 11, J. Bates 11, L. Farrugia, J. Haynes 20, M. Thomas 30.
Gżira Athleta: Z. Hudson 19, S. Montague 30, L. Stefanovic 6, J. Ellul Dowling 2, N. Xuereb 8, I. Xuereb, S. Vincic 4, R. Abela, J. Caruana, B. Zammit 4.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Vladimir Nikolic.
Hibernians 125
Mellieħa Libertas Spalding 89
(25-28)(30-12)(32-29)(38-21)
Hibernians irritornaw għar-rebħ u għamlu dan b’rebħa kbira fuq Mellieħa Libertas Spalding 125-89 fejn kellhom lill-Amerikan Mason Vires f’ġurnata mill-aqwa fejn spiċċa l-partita b’51 punt. Hibs irkupraw lil Keith Dimech però kellhom nieqsa lil David Bugeja u Peter Shoults. Mellieħa kellhom bidu tajjeb però lejn tmiem it-tieni perjodu sofrew run qawwija kontrijhom u tilfu lil coach Adrian Mifsud wara tkeċċija fuq protesti. Il-partita fetħet bil-punti tal-Amerikan Austin Wrighten għal Mellieħa li marru 10-6 minn fuq. Hibs wieġbu permezz ta’ Christian Soderholm u Dimech però Mellieħa kellhom trippla ta’ Vukassin Jandric li ħalliethom fuq quddiem. Huma komplew b’run ta’ 12-5 b’aktar punti ta’ Jandric u Isaac Bonett u minkejja li Hibs irrispondew pemezz ta’ Vires u Ivan Demcesen ma rnexxielhomx jaqilbu l-iskor biex Mellieħa temmew l-ewwel sessjoni 28-25 minn fuq. Fit-tieni perjodu, Mellieħa komplew iżommu l-vantaġġ għal xi ħin. CJ Cordina fetaħ bi trippla u flimkien ma’ Jeremy Joyner u Wrighten għal skor ta’ 35-32. Hawn waslet run ta’ 8-0 minn Hibs li poġġiethom minn fuq u wara basket ta’ Jandric, il-Pawlisti reġgħu għamlu 11 -il punt mingħajr risposta. Hawn waslu t-technical fouls fil-konfront ta’ Mifsud u 4 free-throws konsekuttivi ta’ Vires raw lil Hibs jidħlu jistrieħu 55-40 minn fuq.
Fit-tielet sessjoni Mellieħa ppruvaw jirkupraw u kisbu l-ewwel sitt punti però malajr bdiet ġejja r-risposta ta’ Hibs speċjalment minn Vires li għamel trippla flimkien ma’ Dimech. Mellieħa għamlu sforz ieħor u għaqqdu break qasir ta’ 7-2 li però kien imwieġeb b’mod immedjat mill-Pawlisti. Sa’ tmiem is-sessjoni ż-żewġ timijiet komplew iwieġbu lil xulxin għal skor ta’ 87-69. L-aħħar taqsima fetħet b’sensiela ta’ trippli fuq iż-żewġ naħat bil-Hibs jaqgħqqdu l-mitt punt wara basket ta’ Soderholm. Vires kompla għaddej bil-punti tiegħhu tant li għaqqad il-51 punt personali qabel ma’ ġie mibdul bil-Mellieħa jagħmlu l-aħħar punti tal-partita għal skor finali ta’ Hibernians 125 Mellieħa 89.
Hibs: M. Vires 51, N. Cassar, M/ Vucinic, L. Farrugia 2, K. Dimech 21, A. Axiaq 2, R. Aquilina, M. Attard 9, C. Soderholm 20, I. Demcesen 20.
Mellieħa Libertas: M. Falzon, V. Jandric 26, N. Vasovic 8, I. Bonett 4, C. Briffa, N. Bukva 9, J. Joyner 13, M. Azzopardi, CJ Cordina 8, N. Sultana 2, A. Wrighten 19.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Kamil Dworniczak, Ivica Simic
Hibernians bit-tielet rebħa minn tlett partiti
Caffè Moak Luxol 76
ARMS Depiro 67
(26-13)(16-15)(16-17)(18-22)
Caffè Moak Luxol kisbu t-tieni rebħa tal-kampjonat wara li għelbu lil ARMS Depiro 76-67. Qabel din il-partita ż-żewġ timijiet kellhom rebħa u telfa biex issa Luxol telgħu jokkupaw it-tieni post tal-klassifika. Kienu Luxol li fetħu l-aħjar meta kellhom break ta’ 15-4 bi trippli minn Antoinette Borg u l-Amerikana Jennifer Oramas. Depiro kellhom riposta permezz ta’ Hannah Johnson u Danika Galea li però kienu magħssa sewwa taħt il-boards minn Josephine Diaby u Mandi Merieca. Oramas għamlet trippla oħra flimkien ma’ baskets minn Diaby u Paula Ellul biex Luxol temmew l-ewwel sessjoni 26-13 minn fuq. It-tieni perjodu kien aktar bilanċjat għalkemm kienu Luxol li kellhom l-aħjar bidu wara trippla ta’ Ellul flimkien ma’ Sarah Pace u Oramas. Depiro kellhom it-three pointers ta’ Julia Xerri flimkien mal-baskets ta’ Neve Borg u Johnson biex Luxol daħlu jistrieħu fuq quddiem 42-28.
Wara l-intervall, Depiro bdew inaqqsu d-distakk però Oramas kienet f’ġurnata ta’ grazzja u trippla oħra tagħha u basket ta’ Pace reġgħu taw vantaġġ ta’ 18 -il punt lil players ta’ Santino Coppa. Depiro wieġbu permezz ta’ Monique Caruana u trippla ta’ Nicole Agius għal skor ta’ 58-45. Fl-aħħar taqsima Depiro waslu sa’ disa’ punti ‘l bogħod 51-60 wara baskets minn Xerri u Johnson. Hawn Luxol kellhom mument ieħor tajjeb b’seba’ punti mingħajr risposta minn Diaby u Oramas. Johnson flimkien ma’ Agius u Claire Ciantar komplew jitħabtu għal Depiro li però ma rnexxielhomx jersqu viċin biżżejjed biex Luxol ħarġu rebbieħa 76-67.
Caffè Moak Luxol: L. Fenech Pace, S. Pace 14, M. Mercieca, N. Vella 4, H. Galea, S. Vella, A. Borg 5, P. Ellul 7, J. Diaby 18, S. Bonfiglio, A. Fenech Pace, J. Oramas 28.
ARMS Depiro: H. Johnson 22, M. Caruana 2, Ni. Agius 15, J. Xerri 18, J. Mallia, L. Duncan, T. Mfsud Tanti, No. Agius, C. Ciantar 5, N. Hili, N. Borg 1, D. Galea 4.
Referees: Kamil Dworniczak, Ionut Ciurariu, Nicky Azzopardi.
Hibernians 71
Starlites Naxxar 34
(20-10)(23-13)(21-7)(7-4)
Hibs komplew għaddejin bir-rebħ fejn għelbu lit-team żagħżugħ ta’ Starlites 71-34 b’Kenyotta Jenkins li rebħet l-unur tal-BOV player tax-xahar ikollha partita oħra tajba. Starlies qieghdin ibatu speċjalment fl-attakk fejn minbarra li għadhom mingħajr player barranija professjonali, l-injury ta’ Steffi De Martino tathom daqqa ta’ ħarta. Xejn għadu m’hu mitmum għal players ta’ Sandro Farrugia hekk kif għadna fil-bidu tal-kampjonat. Hibs fetħu l-partita b’seba’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Sam Brincat bl-ewwel risposta ta’ Starlites tiġi minn trippla ta’ Andie Saliba. Baskets konsekuttivi ta’ Jenkins saħħew il-vantaġġ tal-Hibs u minkejja trippla oħra ta’ Starlites minn Kay Portelli, l-aħħar punti tat-taqsima ġew kollha minn Jenkins għal skor ta’ 20-10. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Starlites bdew bit-three pointers ta’ Christina Curmi bil-Hibs iwieġbu b’run ta’ 9-0. Wara li Starlites għamlu seba’ punti oħra fosthom trippla minn Stephanie Davies, Hibs kellhom run ta’ 9-0 minn Jenkins u Ashleigh Van Vliet għal skor ta’ 43-23.
Fit-tielet taqsima, kien hemm punti fuq kull naħa qabel ma’ Hibs kellhom run oħra ta’ 14-0 li biha prattikament għalqu l-partita. Huma kellhom fost l-oħrajn trippla ta’ Marie Buhagiar u baskets minn Jenkins u Kirsty Caruana. Starlites waqqfuhom permezz ta’ Saliba u Mikela Riolo però s-sessjoni ntemmet bil-Pawlisti fuq quddiem 64-30. L-aħħar sessjoni ftit li xejn offriet entużjażmu fejn spikkaw l-aktar in-numru ta’ sostituzzjonijiet u l-players żagħżagħ fuq il-court f’sessjoni li fiha saru biss 11 -il punt hekk kif Hibs ħadu r-rebħa fuq skor finali ta’ 71-34.
Hibernians: M. Buhagiar 5, Y. Bonett 3, A. Van Vliet 12, S. Brincat 8, J. Abela, C. Camilleri, K. Jenkins 30, N. Farrugia 1, K. Caruana 8, J. Borg Cardona 4.
Starlites: A. Saliba 7, M. Riolo 6, K. Mifsud, S. Farrugia, M. Bonett 2, D. Camilleri, K. Portelli 3, M. Fenech 2, C. Vella 3, S. Wilk, S. Davies 3, C. Curmi 8.
Referees: Daniela Torok, Vladimir Nikolic, Zvezdan Dobrosaviljevic.
//= $special ?>