Tnax-il President mill-clubs tal-Kampjonat Premier waqqfu l-Malta Professional Football Clubs Association fejn se tkun qed tħares li tissalvagwardja l-interess tat-timijiet fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Din l-assoċjazzjoni se tkun qed tieħu post l-Premier Division Standing Committee.
Il-laqgħa nżammet fit-Tony Bezzina Stadium bħala rispett lejn l-eks President ta’ Hibernians Tony Bezzina li serva bħala Presidetn tal-Premier Division Standing Committee għall-aħħar 20 sena.
Waqt l-istess laqgħa twaqqaf l-istatut tal-istess assoċjazzjoni fejn intlaħaq ukoll ftehim li Robert Micallef jinħatar bħala President. L-MFPCA, fi stqarrija qalet li fil-jiem li ġejjin il-bord tad-diretturi tal-assoċjazzjoni se jkun qed jiltaqa’ sabiex jitħejja pjan għall-ġid tal-clubs lokali.
//= $special ?>