Coronavirus Lokali

COVID-19: 66 każ ġdid; il-każi attivi jaqbżu s-700

Fl-aħħar 24 siegħa kienu rappurtati 66 każ ġdid ta’ Covid-19 … L-akbar numru ta’ każi rrapurtati f’ġurnata waħda għal din il-ġimgħa. Fl-istess żmien, 32 kienu meqjusa li fiequ biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 704.

Minn ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, il-pazjenti rikoverat fl-Isptar Mater Dei huma 15, filwaqt li tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar.

Fortunatament, ġie rrapurtat ukoll li ma kienx hemm vittmi fl-aħħar sigħat, b’hekk l-ammont ta’ vittmi mill-bidu tal-pandemija sa issa jibqa dak ta’ 462.

Intant sal-Ħamis ingħataw 85,138 doża tal-booster.

Ikkummenta