“Ajruplan mhux żgur, għax ajruplan ma jtirx hekk!”
Bosta kienu dawk li l-Erbgħa filgħaxija nġabru jaraw il-filmat ippublikat fuq il-midja soċjali minn Johnston Farrugia magħruf bħala l-Hooli fejn wera żewġ oġġetti misterjużi fis-sema Maltija filgħaxija.
Huwa saħaq li “ajruplan ma kienx żgur” fejn fil-filmat jidhru żewġt idwal mbiegħda minn xulxin…jersqu viċin u sussegwentament iżidu fl-intensita tad-dawl, iduru flimkien sabiex imbgħad jitbiegħdu u jisparixxu b’rata mgħaġġla.
Persuni oħra saħqu li lemħu d-dwal mill-Mosta fejn spjegaw li kienu qishom jinsabu fuq Ħad-Dingli…bid-dawl deskritt bħala wieħed jixgħel u jintefa’ bħal spotlight fil-bogħod.
Oħrajn spjegaw li rawh fuq Buġibba wkoll fejn lemħuhom minn wara l-5 ta’ waranofsinhar.
Numru kbir ta’ nies saħqu li dawk satelliti, oħrajn qalu li jaħsbu li huma drones madanakollu ħadd ma seta’ jispjega b’ċertezza x’setgħu kienu.
Fil-verità fl-aħħar sena ġew imwaqqfa diversi satelliti bil-għan li dawn joffru servizz f’żoni madwar id-dinja fejn possibilment m’hemmx aċċess għall-internet.
Għaldaqstant tista’ sserraħ rasek la Alien u lanqas Predator ma huma…wisq inqas l-aljeni minn Mars Attacks.