Malta qed tkun ikkunsidrata bħal bqija tal-Ewropa, fejn l-ivvjaġġar jista’ jġib miegħu aktar riskji ta’ tifrix tal-pandemija tal-Covid-19.
Dan hekk kif iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard poġġiet lil Malta fuq il-lista oranġjo hekk kif pajjiżna kien l-aħħar wieħed li kien għadu jinsab fuq il-lista l-ħadra.
Dan kollu wara li r-rata ta’ pajjiżna żdiedet b’113.5 fl-aġġornament minn ġimgħa għall-oħra li jwettaq l-ECDC.
Malta kienet ilha fuq il-lista l-ħadra sa mill-aħħar ta’ Settembru fejn il-każi bdew jonqsu madanakollu fl-aħħar jiem reġgħu bdew jiżdiedu.
Fortunatament, minkejja li l-każi fil-komunità qed jiżdiedu, il-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei pożittivi għal virus qed jibqgħu stabbli.
//= $special ?>