Lokali Qorti

Mhux ħati ta’ qtil involontarju wara li tajjar anzjan ftit wara li xtara borża imqaret

Raġel ta’ 42 sena ma nstabx ħati li 12-il sena ilu kkaġuna l-qtil involontarju ta’ anzjan ta’ 73 sena li kien għadna kemm jixtri borża b’10 imqaret fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard. L-inċident kien seħħ fis-27 ta’ Novembru tal-2009, għall-ħabta tal-11.00am.

Il-vittma kien miet ftit tal-ħin wara li xtara l-imqaret u mar jaqsam it-triq biex imur lura għall-karozza tiegħu. Robert Micallef kien qed isuq karozza Fiat Punto fejn kien spiċċa tilef ħajtu Salvatore Grima li kien joqgħod il-Ħamrun u li kien qed karozza Toyota Tercel.

L-anzjan kien iddeċieda li jieqaf u pparkja faċċata ta’ gabbana. Huwa ħareġ mill-karozza tiegħu u qasam it-triq lejn posta żgħira, li tinsab ħdejn bejjiegħ tal-frott u l-ħaxix.

Il-paramediċi sabu lill-vittma mimduda wiċċu ’l isfel f’għadira demm iżda kiem għadu ħaj. Huwa ttieħed b’urġenza l-isptar fejn tilef ħajtu għall-ġrieħi li ġarrab. Il-windscreen tal-Fiat kien tfarrak. Il-borża bajda tal-imqaret ta’ Grima nstabetfil-ħaxix, mal-ġenb tat-triq. Is-sewwieq li tajjar lil anzjan kien baqa’ fuq il-post,.

Il-Qorti fis-sentenza tagħha qalet li fin-nuqqas ta’ xhieda ta’ persuna li setgħu kienu fuq il-post, in-nuqqas ta’ qbil tal-esperti fuq l-veloċità li kien qed isuq l-akkużat, il-kontribuzzjoni tal-vittma biex seħħ l-inċident u anke l-fatt li l-kawża hija preskritta lliberat lil Micallef minn kull akkuża.

Is-Surġent Kevin Grima xehed fil-kumpilazzjoni li dak inhar kien mar fi Triq l-Imdina, fejn osserva li ma’ ġenb it-triq kien hemm karozza wieqfa. Din kienet qed tħares fid-direzzjoni ta’ Ħ’Attard u kienet il-karrozza tal-vittma.

Fin-nofs tat-triq, fl-istess korsija u fl-istess direzzjoni kien hemm il-vettura tal-imputat fejn ix-xhud osserva li din kellha daqqa fuq il-mudguard tan-naħa ta’ quddiem tal-lemin, kif ukoll kellha ħsara fin-naħa tal-lemin tal-windscreen.

Ix-xhud qal li l-vittma  kien qed jigi mgħobbi fuq ambulanza u li fuq il-post kien ħa l-verżjoni tal-imputat fejn qal illi kien niżel bil-mod fl-istess direzzjoni tal-vittma fejn f’daqqa waħda fid-direzzjoni opposta kien għaddej trakk u minn warajh tfaċċa raħel u ħa brejk malajr.

Ix-xhud qal li fuq il-post kellem ukoll lil ċertu Emmanuel Agius fejn huwa kien passiġġier mal-vittma u dan qallu li hu u sieħbu ddeċidew li jieqfu jixtru xi mqaret.

Ghalhekk Grima tefa’ l-karrozza tiegħu fil-ġenb tat-triq u dan ħareg mill-vettura sabiex imur jixtri l-imqaret. Qal li kellu jaqsam it-triq u cioe’ fid-direzzjoni minn Attard għar-Rabat.

Huwa qal lix-xhud illi f’daqqa wahda sema’ brejk qawwi u ra lil Salvatore Grima mal-art. Xehed ukoll it-tabib Jonathan Joslin fejn kien wieħed mill-ewwel tobba li eżamina lill-vittma u fejn dan kien miet ftit wara li kien wasal bl-ambulanza.

Dan kien iċċertifikat li kellu tiċrita ta’ madwar 23 centimetru fuq is-sieq, kellu ksur tal-humerus fuq l-id tax-xellug, u tiċrit f’wiċċu. Ukoll, minħabba li kien ħa daqqa fuq il-windscreen tal-karozza, kellu problemi nterni fil-kustilji, pulmun mimli bid-demm minhabba li dan kien imċarrat u tiċrita oħra fir-rita tal-qalb, kif ukoll tiċrita fl-aorta u daqqa kbira fis-sinsla tad-dar.

Mario Butigieg li kien nominat fl-inkjesta Maġisterjali dwar dan l-incident, meta mistoqsi jekk il-vittma setax jaghmel dik il-manuvra li jaqsam karreġġjata fi triq arterjali u li jgħaddu ħafna karrozzi minnha, ix-xhud spjega li fil-fatt kienu anke wissew lill-bejjiegħ tal-imqaret illi fil-pożizzjoni fejn kien, kien qed jikkreja periklu kbir.

Aktar minn hekk ‘pedestrian’ ta’ dik l-eta u li naturalment ma kienx żvelt ħafna u r-riflessi dejjem jonqsu. Ix-xhud qal li fl-assenza ta’ zebra crossing, biex imur jixtri l-imqaret, il-vittma kellu jitla’ sar-roundabout tas-Saqqajja u jigi bil-karrozza fuq in-naħa tal-bejjiegħ tal-imqaret.

Salvatore Grima kien qasam lejn in-naħa l-oħra minn fuq il-linji bojod doppji li juru li hemm hekk ma jistax ikun hemm ‘overtaking’ u lanqas tista’ taqsam minn fuqhom.  Għal Micallef deher l-Avukat Arthur Azzopardi.