Lokali

Nagħtu prospettivi ġodda liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fost l-oħrajn permezz ta’ voucher tas-safar li jippermetti esperjenza barra minn Malta li tiftaħ orizzonti għalihom u għal pajjiżna

Pajjiż li jieqaf jagħti prospettiva liż-żgħażagħ ikun qed jonqos milli jinvesti fil-futur. Gvern ġdid Nazzjonalista jiftaħ l-orizzonti taż-żgħażagħ l-ewwel nett billi jara li jkollna pajjiż aktar ġust fejn l-opportunitajiet ikunu hemm għal kulħadd u t-tieni billi jinvesti b’mod dirett fit-twessigħ tal-orizzjonti taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin fot l-oħrajn billi jaghti voucher ta’ 500 euro lil kull żgħażugħ u żagħżugħa minn 16 sa 21 sena. 

Dan qaluh illum il-Kelliem Ewlieni tal-PN Peter Agius flimkien mad-Deputat u Kelliem għaż-Żgħażagħ Karl Gouder u l-Kandidata Bernice Bonello. 

Agius sostna li ‘L-PN dejjem emmen fiż-żgħażagħ bħala l-mutur tal-futur. Huma dawn li bl-ideat taghhom iġeddu u jkabbru l-pajjiż. Huwa ta dieqa li tara li 70% taz-zgħazagh jixtiequ jitilqu minn Malta – dan huwa att ta’ akkuża fuq il-politika attwali – iz-zgħażagh mhux jaraw futur, mhux jaraw prospettiva. Għalina dan huwa fatt gravissimu  – aħna rridu nagħtu risposta konkreta ghal dan.’’ 

Id-deputat Karl Gouder spjega fid-dettall il-proposta tal-PN li ż-żgħazagħ kollha minn 16 sa 21 sena jingħataw voucher tal-ivjaġġar fl-Ewropa. ‘Dan biex il-Maltin jifthu aktar l-orizzonti – jieħdu sensibilita ta’ kulturi u pajjiżi differenti. Dan importanti li jsir ‘across the board’ mas-soċjeta kollha mhux biss mminn dawk li jifilħu jħallsu. Huwa għalhekk li l-PN irid jinvesti f’din l-inizjattiva nazzjonali li ssaħħaħ ġenerazzjoni sħiħa. Din hija proposta demokratika – li taghti access lil kulhadd.’ tenna Karl Gouder  

Il-Kelliema spjegaw ukoll il-modalitajiet ta dan il-voucher ta’ 500 euro proposti mill-PN fejn żgħażagħ minn 16 sa 18 ikunu fi gruppi ma’ adulti filwaqt li żgħażagħ bejn 18 u 21 sena jistgħu ikunu gruppi ta’ zgħazagħ jew f’safar individwali. L-opportunita tal-voucher tinghata għal darba waħda fuq iz-zmien kollu fejn zghazugh ikollu bejn 16 u 21 u jkun ghaldaqstant iz-zghażugh/a li t/jghazel meta t/jużah. 

Bernice Bonello spjegat il-potenzjal tal-proposta tal-PN fejn żghazagh li jipparteċipaw f gaqdiet, ngos u każini fost l-oħrajn jistghu jinghaqdu fi gruppi zghar jew kbar u jorganizzaw safra li tkun tinteressa lil dak is-settur partikolari. ‘Jekk ikunu jipparteċipaw f NGO jistghu per eżempju imorru jżuru NGO simili fl-Italja jew il-Ġermanja u jaraw ix-xoghol taghhom hemm – dan jaghti ispirazzjoni ġdida u jsahhah ix-xoghol ta’ NGOs hawn Malta. L-istess jekk ikunu każini jew ghaqdiet ohra ta’ interess jew hobbies.’ Qalet Bernice Bonello 

Il-kelliema spjegaw kif il-proposta tal-PN timmira li filwaqt li tagħti esperejnza individwa li li kull żgħażugh Malti twassal ukoll biex iddaħħal kreattività ġdida go Malta kif ukoll iżżid in-networking tant meħtieġ ma’ pajjiżi Ewropej.