Lokali

Persil tikkommetti li tgħin il-pjaneta permezz ta’ ingredjenti iżjed siguri u biodegradabbli

Il-marka magħrufa Persil qed ittenni l-wegħda tagħha favur iżjed sostenibbilità fil-prodotti tagħha permezz
tal-produzzjoni li topera, l-ippakkeġġjar tal-prodotti u l-ingredjenti li tuża.

Persil ġeddet il-wegħda tagħha “Tough on Stains, Kinder to Planet”, billi tassigura li l-prodotti ta’
deterġenti, likwidi, f’forma ta’ trab jew kapsuli ikunu tajbin għall-pjaneta mingħajr ma jikkompromettu l-kwalità
tal-prodott.

Il-prodotti ta’ Persil huma diġa magħmula minn ingredjenti 90% biodegradabbli. Madanakollu, Persil qed
timmirra li ttella’ dan l-ammont għal 100%. Permezz ta’ ittestjar rigoruż u valutazzjoni tas-sigurtà, Persil qed
tkompli tirriċerka l-prodotti u l-ippakkeġġjar li tuża, sabiex tassigura li tibqa’ teqred it-tbajja, bl-inqas impatt
possibbli fuq il-pjaneta.

Kelliem għal Persil Malta spjega “is-sostenibbilità, kulma tmur qed issir dejjem priorità ikbar għal kulħadd.
Għalhekk, iktar minn qatt qabel qed nistħarrġu l-provenjenza tal-ingredjenti tal-prodotti tagħna, filwaqt li
naraw kif nistgħu intejbu l-metodi tal-produzzjoni, b’hekk inservu ta’ ispirazzjoni għall-konsumaturi li
jużawhom, u nipproteġu l-pjaneta.”

Sal-2023, Persil qed timmira li jkollha katina ta’ provista mingħajr deforestazzjoni. Sal-2025, qed timmira li
tnaqqas l-użu ta’ plastics verġni bin-nofs. Sal-2030, qed timmira li telimina l-użu tal-karburanti fossili, u sal-
2039, Persil qed timmira li xxejjen għal kollox l-emissjonijiet tal-karbonju tagħha, fuq il-prodotti kollha, mill-
produzzjoni sal-ixkaffa tal-ħanut.

Persil ukoll ħadet pożizzjoni li twaqqaf l-ittestjar fuq l-annimali. Għal dawn l-aħħar 10 snin, Persil investiet
konsiderevolment f’analiżi dwar is-sigurtà tal-prodotti tagħha, mingħajr l-użu ta’ testjar fuq l-annimali,
permezz ta’ metodi xjentifiċi minflok. Filfatt fl-2019 Persil irċeviet il-Premju għall-Kuxjenza Korporattiva
mingħand il-Humane Society tal-Istati Uniti, għal 30 sena ta’ tmexxija globali favur it-tmiem ta’ testjar fuq l-
annimali.

Persil tieħu ukoll pożizzjoni proattiva favur is-sostenibbilità billi tikkampanja favur bidliet regolamentari, sabiex
jitneħħa kull bżonn ta’ testjar fuq l-annimali, darba għal dejjem.

Unilever tagħti priorità lir-responsabbiltà soċjali korporattiva, u l-ħajja sostennibbli, hekk kif tirsisti favur bidla
pożittiva permezz tal-marki, u l-kollaboraturi tagħha.

Għal iżjed tagħrif żur https://www.persil.com/uk/our-commitments.html.