Internazzjonali

Qtates isalvaw tarbija abbundanata li ntremgħet fis-sistema tad-dranaġġ fl-Indja

Tarbija Indjana tat-twelid instabet mormija fis-sistemà tad-dranaġġ tal-Belt Kapitali tal-Indja, Mumbai… bit-tarbija tinstab fil-waqt biex mhix tbati minn problemi ta’ saħħa.

It-tarbija nstabet minn xi persuni wara li grupp ta’ qtates inġabru viċin tagħha u bdew jiġbdu l-attenzjoni tan-nies… bit-tarbija tittella mid-drains u tittieħed minnufih fi sptar lokali.

Il-Pulizija għaddejja b’investigazzjoni biex isibu l-mottiv għal dan l-abbandun u min wettaq dan l-att.

Każijiet simili seħħew fil-passat fl-Indja, fejn ħafna jabbandunaw lill-bniet hekk kif ikunu jixtiequ tifel minflok… bil-bniet jitqiesu bħala piż finanzjarju.