Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi

Sewwieq ta’ mutur sofra ġrieħi gravi wara inċident li seħħ bejn mutur u vettura fi Vjal il-Qalbiena Mostin, il-Mosta llbieraħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Piaggio Vespa misjuq minn raġel ta’ 43 sena residenti tas-Sliema u Renault Captur, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 49 sena, residenti n-Naxxar.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.