Żewġ sewwieqa ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li nqalbet karozza kawża ta’ ħabta bejn żewġ vetturi għall-ħabta ta’ 12.10pm fil-bypass tal-Imrieħel.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu l-vittmi. Iktar tard, is-sewwieq tal-karozza li nqalbet, Pakistan residenti l-Għargħur ta’ 36 sena u s-sewwieq l-ieħor, raġel ta’ 39 sena residenti l-Qrendi ttieħdu l-Isptar fejn ġew iċċertifikati li qed isofru minn xi ġrieħi. Fortunatament, l-ebda sewwieq mhu qed isofri minn ġrieħi serji.
Fiż-żona żdied it-traffiku kaġun ta’ dan l-inċident, bis-sewwieqa ntalbu jevitaw din l-istess triq. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għaddejjin.
//= $special ?>

