Lokali

WARA L-KRIŻI FIL-ĦABS: Il-Prim Ministru jevita d-domandi dwar Byron Camilleri

Tard illejla, wara attività tal-Gvern f’Għawdex, il-Prim Ministru Robert Abela evita kompletament li jwieġeb domandi dwar il-Ministru Byron Camilleri.

Minflok, hu qal biss li l-kriżi fil-Ħabs kienet fi żmien Gvern Nazzjonalista – fi kliem sempliċi, għal Robert Abela, l-14-il mewta fil-Ħabs mhumiex kriżi.

Minkejja dawn l-imwiet taħt ir-responsabbiltà politika tiegħu, il-Ministru Byron Camilleri baqa’ jkaxkar saqajh u ma jieħux passi fil-konfront tad-Direttur tal-Ħabs. Fil-fatt, Alex Dalli kien issospenda lilu nnifsu wara li l-Ministru Camilleri baqa’ ma ħax azzjoni.

Sadanittant, għad-domandi ta’ NET News, Abela baqa’ jiddefendi wkoll lid-Deputat tiegħu Rosianne Cutajar minkejja li din instabet ħatja mill-Kummissarju għall-Istandards għall-mod kif ma ddikjaratx eluf ta’ ewro f’donazzjonijiet li waslu għandha minn biċċa negozju li fih kien involut Yorgen Fenech.