Aktar studenti din il-gimgha komplew jigradwaw mill-Universita ta’ Malta, filwaqt li ohrajn organizzaw il-‘buscades’ tradizzjonali biex jimmarkaw dan il-jum tant importanti f’hajjithom.
Fost daqq ta’ sfafar u celebrazzjonijiet, dawn l-istudenti intlaqghu fid-Dar Ċentrali mill-Kap tal-PN Bernard Grech. Biex imbghad ic-celebrazzjonijiet issoktaw f’postijiet ohra bhall-Belt Valletta, San Giljan u fl-Universita stess.
Dawk li ccelebraw il-Gimgha filghaxija kienu jinkludu studenti mill-fakulta tal-Ekonomija, l-Management u l-Accountancy, mid-Dipartiment tal-Psikoloġija u mill-Fakulta tal-Media u l-Komunikazzjoni.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech ferah lil dawn l-istudenti kollha ghas-success akkademiku li kisbu. Hu kien akkumpanjat mis-Segrearju Generali Micheal Piccinino, mill-Kelliem tal-PN għal edukazzjoni Clyde Puli, l-Kelliem Ewlieni għall-PN Peter Agius u d-deputat Kristy Debono.
Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ NET Television tawgura l-isbaħ xewqat lil dawn il-gradwati kollha li temmew l-istudji taghhom mill-Universita ta’ Malta.
//= $special ?>