Coronavirus Internazzjonali Saħħa

L-Awstrija timponi lockdown għal kulħadd u tobbliga lil kulħadd jitlaqqam sal-1 ta’ Frar

Pajjiż sħiħ f’lockdown. Dan hekk kif il-Gvern tal-Awstrija impona lockdown għal kulħadd li se jibda min nhar it-Tnejn li ġej. Diversi sorsi qiegħdin jgħidu li dan il-lockdown se jkun qed jipprojbixxi persuni mill-eta ta’ 12-il sena l-fuq milli joħorġu min darhom sakemm mhux se jmorrru x-xogħol, jixtru jew jieħdu l-vaċċin.

Apparti dan, l-Awstrija issa qed tobbliga lil kulħadd biex jitlaqqam sal-1 ta’ Frar.

Din l-informazzjoni ma’ kienitx ta’ sorpriża għall-pubbliku Awstrijakk, hekk kif ilbierah l-Awstrija kellhom rekord ta’ każijiet, bl-ammont totali jilħaq il-15,609 każ.

In-numru kbir ta’ każijiet qed iqajjem paniku fl-isptarijiet tal-Awstrija, hekk kif il-Ministeru tas-Saħħa għall-Awstrija saħaq li jekk jkomplu jiżdiedu l-każijiet, mhux se jkun hemm biżżejjed spazju għal kulħadd fl-isptarijiet.