Lokali

Byron Camilleri għadu fil-kariga u ħadd ma jerfa’ responsabbiltà

Fl-aħħar jiem kompliet tikber il-pressjoni fuq il-Ministru Byron Camilleri li minkejja dak li qed jiġri fil-ħabs, għadu granfat mas-siġġu tal-poter, għadu ma jrid jerfa’ ebda responsabiltà. Mhux hekk biss, diversi membri sħabu fil-Kabinett qed jgħamlulu kuraġġ biex jibqa’ fil-kariga – Ministri li ħadu l-istess linja li ħa Robert Abela.

Oħrajn, minflok jagħttew għal Byron Camilleri kif għamel fost l-oħrajn Robert Abela għażlu li jfarrfru. Pero, dan mhux kollox. Hemm min lanqas biss ried li jikkummenta ma’ Net News. Jidher biċ-ċar li diversi membri tal-Gvern m’humiex komdi b’din is-sitwazzjoni li tefahom fiha Byron Camilleri. U mhux kulħadd qed jimxi ma dak li qed jordna l-Prim Ministru.

Dan fid-dawl tal-fatt li l-istess Kabinett mhux jimxi bl-istess riga ma kulħadd għaliex filwaqt li t-tmexxija ddefendiet lil Carmelo Abela, lil Joseph Muscat, Konrad Mizzi, Keith Schembri, Edward Zammit Lewis u oħrajn, tal-Labour ma mxewx bl-istess riga ma’ persuni bħal Justyne Caruana. Dan meta l-alegazzjoni kienet, dak iż-żmien li rriżenjat, fuq ir-raġel tagħha u mhux fuqha iżda xorta refgħet responsabbiltà. Bil-Ministru Anton Refalo jbiddel id-diska meta semmejnilu lil Justyne Caruana. U filwaqt li għall-Ministru Refalo huwa l-poplu li jiġġudika, għall-Prim Ministru Robert Abela, 14-il mewta fil-ħabs fi tliet snin bħal donnu xejn mhu xejn.