Tul in-nofstanhar tal-Ġimgħa għadd ta’ persuni ġew evakwati minħabba nar li ħakem f’binja li tagħmel parti mill-kumpless ta’ Portomaso. Ħadd ma weġġa f’dan l-inċident, filwaqt li hu mifhum li n-nar żviluppa għall-ħabta tat-2.45pm.
Sorsi ta’ Net News qalulna li n-nar żviluppa minn ammont ta’ servers li jinsabu fis-sular numru 8 ta’ din il-binja.
Infatti fuq il-post issejħu diversi vetturi tal-Protezzjoni Ċivili, ambulanza u kif ukoll l-Pulizija. Filmati li ġibed dan l-istazzjon juriu wkoll li kellu jintuża t-tower ladder mis-CPD biex iġibu taħt kontroll is-sitwazzjoni.
Sa issa għadu mhux magħruf xi kkawża dan in-nar. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>