Lokali Qorti

Ħabs wara li seraq anzjana għax kien bil-ġuħ

Somalu ta’ 35 sena, ġie kundannat 18-il xahar ħabs mill-Maġistrat Ian Farrugia wara li ammetta li nhar l-Erbgħa filgħodu seraq flus kontanti minn fuq anzjana fil-Ħamrun. Abdisalan Mohammad Afrah li kien assistit minn avukat tal- ghajnuna legali ammetta mill-ewwel ir-reati.

Il-prosekuzzjoni qalet li s-Somalu ikkopera mal-pulizija u qal li wettaq is-serqa għax kien bil-guh. Tenna wkoll li ilu tliet snin ‘homeless’. Huwa ammetta fis-17 ta’ Novembru fi Triq Ħal Qormi, l-Hamrun bejn it-8.30am u d-9.00am seraq il-flus kontanti minn fuq il-persuna ta’ persuna vulnerabbli ta’ 79 sena u li rrenda ruhu ricediv.