Lokali

Ħabta bejn vann u karozza f’Ħaż-Żebbuġ: Żewġt irġiel l-isptar

Żewġt irġiel ttieħdu l-Isptar wara li l-Ġimgħa waranofsinhar kienu involuti f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żebbuġ

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq l-Imdina meta seħħet ħabta bejn vann u karozza b’din tal-aħħar ġarrbet ħsarat estensivi fuq quddiem.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ tim mediku u ħaddiema tal-protezzjoni ċivili wara li wieħed mis-sewwieqa nqabad fil-karozza maħbuta. Żewġ ambulanzi ħadu lill-irġiel l-isptar għall-kura bil-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Għal xi ħin inħolqot konġestjoni tat-traffiku fil-madwar wara li l-pulizija kellha tagħlaq iż-żewġ karreġġjati fid-direzzjoni lejn ir-Rabat.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.