Lokali Parlament

“Il-Gvern se jħalli legat ta’ żbilanċ fil-valuri tas-soċjeta Maltija”

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar

Id-deputat Nazzjonalista u Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li wieħed mil-legat li se jħalli l-gvern Laburista u żbilanċ ngettaiv ta’ telfien ta’ valuri.

Fl-Aġġornament tal-parlament il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-parlament għandu jibgħat messaġġ li l-poplu li mhux lest ibiegħ ruħu għall-populiżmu għaliex il-poplu jixraqlu aħjar. Hu sostna li l-gvern se jħalli legal tal-kultura ta’ xejn m’hu xejn. Il-poplu llum sar jaċċetta li kulħadd jitkellem fuq tnaqqir tal-valuri; liema valuri għandhom jibqgħu l-valuri sostnuti mill-poplu Malti.

Jeħtieġ li l-parlament ma jittollerax li dawn il-valuri jkomplu jitmermru. Hu inkwetanti li hawn min jitkellem b’mod dwar il-valuri iżda bil-fatti jsiru liġijiet li jmorru kontra dawn il-valuri u prinċipji. Hu appella lill-gvern biex ma jkomplix jinsulenta lill-poplu Malti.

Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li ma jiddejjaqx li, flimkien mad-deputat Nazzjonalisti, jiddefendi l-valuri tal-poplu Malti; ma jimpurtax li l-PN ikun waħdu jiddefendi dawn il-valuri.

Id-deputat Nazzjonalista u Whip tal-Oppożizzjoni qal li l-Liġi tal-Kannabis ma tagħmilx ġieħ jekk tkun approvata; il-PN għandu l-obbligu li jiddefendi dak li hu sewwa u dak li jixraq lill-ajjiż.

Robert Cutajar kompla li l-PN ma jiddejjaqx li jkun insulentat u li min jiddefendi s-sewwa u l-valuri ikun mgħajjar li ma jridx ibdidel. Il-PN lest ibiddel iżda għall-aħjar u biex il-liġijiet ġodda jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti, sostna Robert Cutajar, li appella biex il-liġijiet ikunu qed jappoġġjaw u jgħinu lill-vulnerabbli.

Id-deputat Nazzjonalista u Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar appella lill-Gvern biex jifhem x’qed tgħid is-soċjetà u biex jittieħdu deċiżjonijiet li jagħmlu ġieħ lill-pajjiż u lid-deputati.

Hu qal li dan mhux biss fl-aspett soċjali iżda f’diversi setturi oħra; il-legat tal-gvern hu li jiftaħar li jmur kontra kull kurrent fis-soċjetà u jisfida lis-soċjetà u lill-organizzazzjonijiet.

Din hi l-kultura li ħadem għaliha l-gvern; il-gvern mhux qed iwettaq dak li wiegħed, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li dan hu l-legat tal-Gvern li bih il-pajjiż se jkollu defecit ta’ valuri. Ma jistax ikun li dan il-gvern jibqa’ jinjora l-awtoritajiet fosthom l-Ombudsman, sostna l-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar.