Internazzjonali Mużika

Imut il-fotografu leġġendarju Mick Rock

"Il-fotografija tiegħu kienet poeżija"

Miet fl-età ta’ 72 sena l-fotografu Mick Rock; il-persuna li kien meqjus bħala leġġendarju fid-dinja mużikali, minħabba r-ritratti ikoniċi li ġibed ta’ artisti kbar bħal David Bowie u l-grupp Queen.

Rock miet ilbieraħ bil-lejl, u ġie deskritt mill-kritiċi tal-fotografija bħala “poeta” u persuna li bir-ritratti tiegħu immortalizza “il-forza tal-umanità”.

Mick Rock twieled f’Londra fl-1948. U kien fis-snin 70 li sploda fil-popolarità tiegħu.

Ir-ritratti ta’ Rock illum huma kunsidrati bħala ikoniċi – l-aktar il-covers ta’ albums popolari bħal ‘Queen II’, ‘Raw Power’, u ‘Transformer’.