Melvin Debono, magħruf bħala ‘il-Quws’ ta’ 30 sena minn Raħal Ġdid, inżamm arrestat wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia bi traffikar ta’ droga kokaina. Debono, li jaħdem bħala bejjiegħ tal-karozza kien ngħata l-libertà proviżorja s-sena l-oħra wara li kien arrestat f’rejd tal-pulizija, li fih kienu rkuprati €800,000 f’karozzi lussużi, deheb u flus kontanti.
Huwa kien ġie arrestat ukoll fil-passat fuq theddid ta’ mewt u sewqan perikoluż, u dan lura f’Lulju, u reġa’ ngħata l-ħelsien mill-arrest. Huwa wieġeb mhux ħati li kellu fil-pussess tiegħu 300 gramma droga kokaina f’deal li kien se jsir bejn żewġ persuni nhar l-Erbgħa li għaddew.
Meta twaqqaf mill-Pulizija allegatament instabet ‘cushion’ li kien fiha d-droga msemmija. Huwa ġie mixli wkoll li kiser erba’ bails. Il-Prosekuzzjoni fissret li l-Pulizija kienet mgħarrfa b’mod anonimu li kien se jsir traffikar ta’ droga bejn żewġ persuni.
L-Avukat Difensur Franco Debono qal fil-Qorti li minkejja li l-ammont ta’ droga mhuwiex żgħir, imma lanqas hu ta’ ċerta portata.Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest liema talba ġiet miċħuda.
//= $special ?>