Lokali

Jirritorna l-festival ‘ŻIGUŻAJG’

Għal darb’ oħra, il-poplu Malti se jerġa jkollu l-opportunità jgawdi l-festival popolari ‘ŻiguŻajg’ – festival internazzjonali tal-arti, b’diversi attivitajiet edukattivi organizzati għat-tfal u l-istudenti.

Għal din is-sena l-festival Żigużajg se jwassal diversi wirjiet artistiċi fejn l-udjenza mhux talli hija mistiedna tattendi għal dawn il-attivitajiet, iżda se tkun qed tinħass ukoll l-esperjenza diretta mal-atturi, ż-żeffina u l-kantanti parteċipanti.

Madankollu, dan ma’ jfissierx li biex tgawdi dawn il-wirjiet artistiċi trid bilfors tattendi fiżikament, hekk kif għal din is-sena l-festival Żigużajg se jkun qiegħed ixandar il-wirjiet b’mod virtwali, b’madwar 7 attivitajiet pjanati fuq pjattaforma diġitali.

L-attivitajiet tal-festival bdew il-Ġimgħa, bl-ewwel wirja artistika bl-isem ta ‘l-Aħħar Siġra’. L-attivitajiet ta’ Żigużajg jibqgħu għaddejjin sad-29 ta’ Novembru.