Għal dan l-istaġun tirritorna l-FA Trophy fejn din is-sena se tkun msejjħa Izibet FA Trophy wara kollaborazzjoni bejn l-MFA u Izibet. Storikament l-aktar tim li rebaħ dan it-trofew kien Sliema Wanderers fejn rebħuha 11-il darba, bl-aħħar tim li rebaħ din il-kompetizzjoni jkun Balzan, fl-istaġun 2018/2019, hekk kif fl-aħħar żewġ staġuni ma saritx minħabba l-pandemija tal-Covid 19. Il-partiti se jintlagħbu bejn is-7 u d-9 ta’ Diċembru.
IZIBET FA TROPHY
Senglea Athletic v Tarxien Rainbows, Marsaxlokk v Kerċem Ajax, Nadur Youngsters v Oratory Youths, Naxxar Lions v San Ġwann, Zurrieq/Xgħajra v Luxol, SK Victoria Wanderers v Melita, Sannat Lions v Kalkara/Marsaskala, Victoria Hotspurs v Żebbuġ Rangers, Żabbar/Ta’ Xbiex v Mqabba, Vittoriosa Stars v Mellieħa/Santa Venera, Lija Athletic v Fgura United, Qrendi v Xewkija Tigers, Pieta Hotspurs v Rabat Ajax, Mġarr United v St.George’s
Luqa St.Andrews, Swieqi United, Marsa, Għajnsielem, Pembroke Atleta u Żejtun Corinthians se jidħlu jipparteċipaw fl-Izibet FA Trophy mir-round ta’ wara.
NATIONAL AMATEUR CUP
Dan l-istaġun irritornat wkoll in-National Amateur Cup fejn ittellgħu il-poloz għall-kwartifinali, li se jkunu qed jintlagħbu fis-27 u fit-28 ta’ Novembru, bis-semi finalisti se jkunu qed jipparteċipaw ukoll fl-Izibet FA Trophy.
Kwartifinali
Kalkara United v Marsaskala, Żurrieq v Xgħajra Tornadoes, Mellieħa v Santa Venera, Żabbar St.Patricks v Ta’ Xbiex
//= $special ?>