Futbol Sport

Kevin De Bruyne pożittiv għal Covid-19

Man City ikkonfermaw li l-midfielder Belġjan Kevin De Bruyne huwa pożittiv għal Covid 19 u jrid isegwi perjodu ta’ 10 t’ijiem fi kwarantina mandatorja. De Bruyne irritorna pożittiv wara l-partiti internazzjonali li kellhom il-Belġju kontra Wales u l-Estonja.

Guardiola ikkonferma l-midfielder se jitlef it-tliet partiti li jmisshom Man City, kontra Everton, PSG kif ukoll kontra West Ham. Guardiola qal li s-saħħa ta’ De Bruyne tiġi l-ewwel f’dan il-mument filwaqt li qal li l-midfielder jinsab f’kundizzjoni tajba u huwa vaċċinat.