L-attakkant Olandiż ta’ Spartak Moskow, Quincy Promes se jitressaq il-qorti akkużat li qatel lil membru tal-familja tiegħu is-sena l-oħra. Promes diġa kellu akkuż li darab serjament membru ieħor tal-familja waqt party f’Lulju li għadda. L-attakkant Oladniż ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih, bil-prosekuzzjoni mistennija tressqu b’akkużi ta’ qtil involontarju u talli agredixxa lill-istess membru tal-familja.
Promes, li għandu 29 sena, bħalissa jilgħab għat-tim Russu ta’ Spartak Moskow fir-Russja, bl-aħħar partita tiegħu mat-tim nazzjonali Olandiż tkun matul il-Euro 2020 fit-telfa kontra r-Repubblika Ċeka. Il-coach tat-tim Olandiż Louis van Gaal, f’Ottubru li għadda qal li mhux se jkun qed isejaħ lil Promes mat-tim nazzjonali qabel ma jinqata’ l-każ kontrih.
//= $special ?>