L-uffiċjali tal-Grand Prix tal-Brażil ċaħdu l-appell ta’ Mercedes fl-inċident li seħħ bejn Max Verstappen u Lewis Hamilton, fejn video li ttelgħa fuq il-media soċjali deher juri lil Verstappen jagħmel manuvri bl-isteering sabiex itellef lil Hamilton. Minkejja dan l-istewards inkarigati mit-tellieqa f’Sau Paolo qalu li dan il-video m’huwiex relevanti f’dan l-appell u b’hekk Verstappen mhux se jkun qed jaffaċċja l-edba penali.
Hekk kif fadal biss tliet Grand Prix għal tmiem l-istaġun, id-distakk bejn Verstappen u Hamilton hu ta’ 14-il punt, b’dan il-verdett jista’ jkollu effett sinifikanti fuq min jirbaħ il-Kampjonat dan l-istaġun. F’każ li Verstappen ingħata penali għal dan l-inċident dan seta’ jfisser li s-sewwieq ta’ RedBull jitnaqqsulu 11-il punt. Eventalment, kien Hamilton li ħareġ rebbieħ fil-Grand Prix ta’ Sau Paolo.
//= $special ?>