Lokali

Raġel l-Isptar wara inċident bejn mutur u karozza

Raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Tarxien, ttieħed l-Isptar Mater Dei wara inċident bejn karozza u mutur.

L-inċident seħħ għal ħabta tas-6.30am fejn il-pulizija ġiet infurmata b’inċident bejn mutur tat-tip Honda NSS300A u karozza tat tip Audi A4 li kienet misjuqa minn raġel ta’ 51 sena resident il-Għargħur.

Il-pulizija u tim mediku rrispondew mal-ewwel fuq il-post biex jagħtu l-ewwel assistenza, bir-raġel ta’ 32 sena jiġi ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Tags