Bosta persuni involuti fit-tennis tan-nisa rreaġixxew għall-għejbien tat-tennista Ċiniża Peng Shuai. Shuai għebet wara li ftit ġimgħat ilu għamlet allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali fil-konfront ta’ membru uffiċjal Komunista Ċiniż, permezz ta’ post fuq il-media soċjali. Minn dakinhar il-post tneħħiet minn fuq l-internet u ħadd ma semgħa bit-tennista Ċiniża, b’ħafna qed jibżgħu li din setgħet ġiet maħtufa.
It-tennista Amerikana Serena Williams saħqet li dan il-każ għandu jkun investigat u ħeġġet lil kull min għaddejn minn abbuż sesswali biex jitkellem. Min-naħa l-oħra iċ-Chairman tad-WTA, Steve Simon, qal li huma lesti li joħorġu minn kull negozju li għandhom fiċ-Ċina, jekk dan il-każ ma jissolviex.
Flimkien ma’ Williams, ingħaqdu wkoll it-tennisti Novak Djokovic u Naomi Osaka, hekk kif it-tennisti qed jitolbu investigazzjoni għal dan il-każ xokkanti fid-dinja tat-tennis.
//= $special ?>