Sport Sport Ieħor

Tirritorna l-Gladiators Fight Night

Għada Gladiators Promotions se tirritorna b’avveniment ieħor wara l-pandemija fil-Kumpless tal-BMX f’Pembroke. Il-25 edizzjoni ta’ Gladiators Fight Night se tinkludi erba’ dixxiplini fosthom il-Kickboxing, K1, Boxing u Muay Thai.

Matul dan l-avveniment, se jkunu introdotti diversi żgħażagħ promettenti fosthom Alex Horvath, Celeste Galea u Jesred Piscopo. Master Noel Mercieca irrimarka li dawn l-atleti ħamdu b’sejeta’ u dedikazzjoni biex jippreparaw ruħhom bl-aħjar mod possibili.

Fl-avveniment, se jikkompeti ukoll it-tim Malti rrappreżentat minn Christian ‘Ċoqqos’ Schembri li se jikkompeti kontra atleta mill-Ġorġja, kif ukoll Niclas Elfstedt li se jkun qed jiġġieled kontra l-Pollakk Biskupski, biż-żewġ ġliediet se jkunu klassifikati bħala professjonali.

Matul din l-attivita’ se jikkompetu wkoll atleti amatuer kif ukoll semi-professjonali, f’kollaborazzjoni mal-Malta Kickboxing Association u l-Malta Boxing Association.


Il-bibien jinfetħu għall-pubbliku fis-7.30pm u l-ewwel bawt mistenija tibda fit-tmienja. Kull min jixtieq iktar informazzjoni jew jakwista l-biljetti jista jżur il-paġna ta’ Gladiators Promotions fuq Facebook.