Mara ta’ 42 sena mill-Marsa tressqet il-Qorti b’rabta ma’ allegat traffikar ta’ droga li sar fil-Marsa u Ħal Qormi fejn il-Ħamis li għadda diġa; tressqu erba’ persuni oħra b’rabta ma’ dan il-każ. Paulene Ellul li qalet li taħdem fi grocer wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha li jinkludu traffikar ta’ kokaina, pussess mhux għal użu esklussiv tagħha u li saret reċidiva.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Justine Grech li flimkien mas-Supretendent Keith Arnaud qalet li l-Pulizija kellha nformazzjoni li kien qed isir traffikar ta’ fi Triq is-Serkin, il-Marsa u Triq l-Imdina Ħal-Qormi. Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia ħareġ li meta daħlu f’residenza fil-Marsa, Ellul kienet ma’ l-art u mhux f’sikkitiha. Minħabba f’hekk ħaduha għall-kura l-policlinic biex jissalvagwardjaw l-interessi tagħha.
Il-Prosekuzzjoni qalet li hija kienet mitkellma dwar id-drittijiet tagħha u hemm saret tfittxija fir-residenza fejn instabet droga imferrxa ma’ tliet sulari. Kien hemm droga fit-taraġ, xaft, fuq mejda u nħawi oħra tad-dar. L-Avukat Franco Debono, li flimkien mal-avukat Marion Camilleri fis-sottomissjonijiet tiegħu dwar il-pleġġ faħħar l-aġir tal-Pulizija li mill-ewwel taw każ is-saħħa tal-klijenta tiegħu.
Huwa staqsa lill-Prosekuzzjoni jekk hux minnu li hija ngħatat il-police bail, u meta mitluba tmur id-depot marret fil-ħin, bil-prosekuzzjoni tikkonferma. Debono qal li kien qed jagħmel it-talba fuq il-pleġġ fuq raġunijiet mediċi u qal ukoll li l-kondotta tagħha mhijiex xi waħda kkulurita u li l-akkużata għadha preżunta innoċenti. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonijiet għal bail minħabba ċ-ċirkostanzi tal-każ.
Hawm il-Qorti staqsiet lill-Prosekuzzjoni biex tagħmel l-argument aktar b’saħħtu fuq il-każ, bl-Ispettur Justine Grech tgħid li kien hemm 248 pakkett kokaiana fix-xaft, u drogi oħra f’kull sular. Il-Qorti laqgġħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ 5,000 ewro u garanzija personali fl-istess ammont. Hija trid tiffirma wkoll fl-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun darbtejn fil-ġimgħa, li tkun id-dar bejn it-8.00pm u l-5.00am.
//= $special ?>