Sfortunatamet, il-COVID-19 reġgħet ħalliet vittma oħra f’pajjiżna. Dan wara li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt tilef ħajtu raġel ta’ 71 sena waqt li kien pożittiv għal dan il-virus, bl-imwiet jitilgħu għal 463.
Tħabbar ukoll li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt nstabu 59 każ ġdid ta’ Covid-19.
B’kollox, tul il-ġimgħa li għaddiet rajna 411-il każ ġdid – l-akbar ammont li rajna sa minn nofs is-sajf li ghadda.
Bħalissa hemm 10 persuni fl-isptar jirċievu l-kura għall-COVID-19 bi 2 jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.
Fl-aħħar sigħat tħabbar ukoll li fiequ 45 persuna oħra, u n-numru ta’ każijiet attivi fil-komunità tela’ għal 766.
S’issa ngħataw ‘il fuq minn 90,000 booster tal-vaċċin.
//= $special ?>